+Artikolu 17 Kundizzjonijiet għal strutturi ta’ maturità estendibbli
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
|
Artikolu 17 Kundizzjonijiet għal strutturi ta’ maturità estendibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-ħruġ ta’ bonds koperti bi strutturi ta’ maturità estendibbli fejn il-protezzjoni tal-investituri tkun żgurata tal-inqas b’dan li ġej:
(a)
il-maturità tista’ tiġi estiża biss soġġett għal avvenimenti skattaturi oġġettivi li jkunu speċifikati fil-liġi nazzjonali, u mhux fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti;
(b)
l-avvenimenti skattaturi tal-estensjoni tal-maturità jkunu speċifikati fit-termini kuntrattwali u l-kundizzjonijiet tal-bond kopert;
(c)
l-informazzjoni li tingħata lill-investitur dwar l-istruttura tal-maturità tkun biżżejjed sabiex huma jkunu jistgħu jiddeterminaw ir-riskju tal-bond kopert, u tinkludi deskrizzjoni dettaljata ta’:
(i)
l-avvenimenti skattaturi tal-estensjonijiet tal-maturità;
(ii)
il-konsegwenzi għal estensjoni tal-maturità tal-insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti;
(iii)
ir-rwol tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) u, fejn rilevanti, tal-amministratur speċjali fir-rigward tal-estensjoni tal-maturità;
(d)
id-data finali tal-maturità tal-bond kopert tkun tista’ tiġi determinata f’kull mument;
(e)
fil-każ tal-insolvenza jew ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti, l-estensjonijiet tal-maturità ma jaffettwawx il-klassifikazzjoni tal-investituri tal-bonds koperti jew jinvertixxu s-sekwenzar tal-iskeda ta’ maturità oriġinali tal-programm tal-bonds koperti;
(f)
l-estensjoni tal-maturità ma tibdilx il-karatteristiċi strutturali tal-bonds koperti li jirrigwardaw ir-rikors doppju, kif imsemmi fl-Artikolu 4, u l-protezzjoni mill-falliment imsemmija fl-Artikolu 5.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-Istati Membri li jippermettu l-ħruġ ta’ bonds koperti bi strutturi ta’ maturità estendibbli għandhom jinnotifikaw lill-EBA kif meħtieġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|