|
+Artikolu 17 1. |
Artikolu 17 1.L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-ħruġ ta’ bonds koperti bi strutturi ta’ maturità estendibbli fejn il-protezzjoni tal-investituri tkun żgurata tal-inqas b’dan li ġej:
(a)
il-maturità tista’ tiġi estiża biss soġġett għal avvenimenti skattaturi oġġettivi li jkunu speċifikati fil-liġi nazzjonali, u mhux fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti;
(b)
l-avvenimenti skattaturi tal-estensjoni tal-maturità jkunu speċifikati fit-termini kuntrattwali u l-kundizzjonijiet tal-bond kopert;
(c)
l-informazzjoni li tingħata lill-investitur dwar l-istruttura tal-maturità tkun biżżejjed sabiex huma jkunu jistgħu jiddeterminaw ir-riskju tal-bond kopert, u tinkludi deskrizzjoni dettaljata ta’:
(i)
l-avvenimenti skattaturi tal-estensjonijiet tal-maturità;
(ii)
il-konsegwenzi għal estensjoni tal-maturità tal-insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti;
(iii)
ir-rwol tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) u, fejn rilevanti, tal-amministratur speċjali fir-rigward tal-estensjoni tal-maturità;
(d)
id-data finali tal-maturità tal-bond kopert tkun tista’ tiġi determinata f’kull mument;
(e)
fil-każ tal-insolvenza jew ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti, l-estensjonijiet tal-maturità ma jaffettwawx il-klassifikazzjoni tal-investituri tal-bonds koperti jew jinvertixxu s-sekwenzar tal-iskeda ta’ maturità oriġinali tal-programm tal-bonds koperti;
(f)
l-estensjoni tal-maturità ma tibdilx il-karatteristiċi strutturali tal-bonds koperti li jirrigwardaw ir-rikors doppju, kif imsemmi fl-Artikolu 4, u l-protezzjoni mill-falliment imsemmija fl-Artikolu 5. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|