+Artikolu 30 Miżuri tranżizzjonali
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
|
Artikolu 30 Miżuri tranżizzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bonds koperti maħruġin qabel it-8 ta’ Lulju 2022 li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE, kif applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom, ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 sa 12 u l-Artikoli 15, 16, 17 u 19 ta’ din id-Direttiva, iżda jistgħu jkomplu jissemmew bħala bonds koperti f’konformità ma’ din id-Direttiva sal-maturità tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) ta’ din id-Direttiva jimmonitorjaw il-konformità ta’ bonds koperti maħruġin qabel it-8 ta’ Lulju 2022 mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE, kif applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom, kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, sa fejn dawn ikunu applikabbli f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 30 2.
|
L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-paragrafu 1 għal kontinwazzjonijiet ta’ ħruġ ta’ bonds koperti li għalihom il-ftuħ tal-ISIN ikun qabel it-8 ta’ Lulju 2022 sa 24 xahar wara dik id-data, dment li dawk il-kontinwazzjonijiet ta’ ħruġ ikunu konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
id-data tal-maturità tal-bond kopert tkun qabel it-8 ta’ Lulju 2027;
(b)
id-daqs tal-ħruġ totali tal-kontinwazzjonijiet ta’ ħruġ li jsiru wara t-8 ta’ Lulju 2022 ma jeċċedix id-doppju tad-daqs ta’ ħruġ totali tal-bonds koperti pendenti f’dik id-data;
(c)
id-daqs totali tal-ħruġ tal-bond kopert fil-maturità ma jeċċedix EUR 6 000 000 000 jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika;
(d)
l-assi kollaterali jinsabu fl-Istat Membru li japplika l-paragrafu 1 għal kontinwazzjonijiet ta’ ħruġ ta’ bonds koperti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|