+Artikolu 5 Presidenza u Viċi Presidenzi tal-BERS
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.

Artikolu 5 Presidenza u Viċi Presidenzi tal-BERS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Il-BERS għandu jkun ippresedut mill-President tal-BĊE.
Artikolu 5 2.
L-ewwel Viċi President għandu jkun elett mill-membri nazzjonali tal-Bord Ġenerali bid-drittijiet tal-vot u minn fosthom għal terminu ta’ ħames snin, b’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa ta’ rappreżentanza bilanċjata tal-Istati Membri bejn dawk li huma Stati Membri parteċipanti kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 3 ), u dawk li mhumiex. L-ewwel Viċi-President jista’ jiġi rielett darba biss.
Artikolu 5 3.
It-tieni Viċi-President għandu jkun il-President tal-Kumitat Konġunt kif maħtur skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 5 4.
Il-President u l-Viċi-Presidenti għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew, waqt seduta ta’ smigħ pubblika, kif bi ħsiebhom iwettqu dmirijiethom taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 5 5.
Il-President għandu jippresjedi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali u tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
Artikolu 5 6.
Il-Viċi-Presidenti, fl-ordni ta’ preċedenza, għandhom jippresjedu l-Bord Ġenerali u/jew il-Kumitat tat-Tmexxija meta l-President ma jkunx jista’ jipparteċipa f’laqgħa.
Artikolu 5 7.
Jekk il-mandat ta’ membru tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE eletti bħala l-ewwel Viċi-President jintemm qabel ma jispiċċa l-mandat ta’ ħames snin jew jekk għal xi raġuni l-ewwel Viċi-President ma jkunx jista’ jwettaq d-dmirijiet tiegħu, għandu jiġi elett l-ewwel Viċi-President ġdid skont il-paragrafu 2.
Artikolu 5 8.
Il-President għandu jirrappreżenta lill-BERS esternament. Il-President jista’ jiddelega kompiti, bħal kompiti relatati mar-rappreżentanza esterna tal-BERS, inkluż il-preżentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, lill-ewwel Viċi President jew, jekk l-ewwel Viċi President ma jkunx disponibbli u fejn ikun adatt, lit-tieni Viċi President jew lill-kap tas-Segretarjat. Kompiti relatati mal-obbligi ta’ responsabbiltà u ta’ rappurtar tal-BERS stipulati fl-Artikolu 19(1), (4) u (5) ma jistgħux jiġu delegati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.