Artikolu 14
Fit-twettiq tal-kompiti stipulati fl-Artikolu 3(2), il-BERS għandu, fejn ikun adatt, jikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti mis-settur privat. Tali l-konsultazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-aktar mod wiesa’ possibbli sabiex jiggarantixxu approċċ inklużiv fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati kollha u tas-setturi finanzjarji rilevanti u għandhom jippermettu li l-partijiet ikkonċernati jkollhom żmien raġonevoli biex iwieġbu.