+Artikolu 9 Laqgħat tal-Bord Ġenerali
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.

Artikolu 9 Laqgħat tal-Bord Ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Il-laqgħat plenarji ordinarji tal-Bord Ġenerali għandhom jissejħu mill-President tal-BERS u għandhom isiru mill-inqas erba’ darbiet fis-sena. Jistgħu jissejħu laqgħat straordinarji fuq inizjattiva tal-President tal-BERSjew fuq talba ta’ mhux inqas minn terz tal-membri tal- Bord Ġenerali bid-dritt tal-vot.
Artikolu 9 2.
Kull membru għandu jkun preżenti personalment fil-laqgħat tal-Bord Ġenerali u ma għandux ikun rappreżentat minn xi ħaddieħor.
Artikolu 9 3.
B’deroga mill-paragrafu 2, membru li ma jkunx jista’ jattendi l-laqgħat għal perijodu ta’ mill-inqas tliet xhur jista’ jaħtar supplenti. Dak il-membru jista’ jiġi sostitwit ukoll minn persuna li tkun inħatret b’mod formali skont ir-regoli li jirregolaw lill-istituzzjoni konċernata fir-rigward tas-sostituzzjoni ta’ rappreżentanti fuq bażi temporanja.
Artikolu 9 4.
Fejn adatt, rappreżentanti ta’ livell għoli minn organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali li jwettqu attivitajiet relatati direttament mal-kompiti tal-BERS stipulati fl-Artikolu 3(2) jew il-President tal-Parlament Ewropew jew rappreżentant tal-Parlament Ewropew dwar suġġetti relatati mal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-politika makroprudenzjali jistgħu jiġu mistiedna jattendu laqgħat tal-Bord Ġenerali.
Artikolu 9 5.
Il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-BERS tista’ tkun miftuħa għar-rappreżentanti ta’ livell għoli tal-awtoritajiet rilevanti minn pajjiżi terzi meta rilevanti għall-Unjoni. Jistgħu jsiru arranġamenti mill-BERS li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, l-ambitu u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta’ dawk il-pajjiżi terzi fil-ħidma tal-BERS. Tali arranġamenti jistgħu jipprevedu rappreżentanza, fuq bażi ad hoc, bħala osservatur, fuq il-Bord Ġenerali u għandhom jikkonċernaw biss punti ta’ rilevanza għall-Unjoni, filwaqt li jeskludu kwalunkwe każ fejn tista’ tiġi diskussa s-sitwazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali jew ta’ Stati Membri.
Artikolu 9 6.
Il-proċedimenti tal-laqgħat għandhom ikunu kunfidenzjali. Il-Bord Ġenerali jista’ jiddeċiedi li jagħmel pubbliku rendikont tad-deliberazzjonijiet tiegħu, soġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli u b’tali mod li ma jippermettix l-identifikazzjoni tal-membri individwali tal-Bord Ġenerali jew ta’ istituzzjonijiet individwali. Il-Bord Ġenerali jista’ jiddeċiedi wkoll li jagħmel konferenzi stampa wara l-laqgħat tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.