|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn:
(a)
il-President tal-BERS u l-ewwel Viċi-President tal-BERS;
(b)
il-Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE responsabbli mill-istabbiltà finanzjarja u l-politika makroprudenzjali;
(c)
erba’ membri nazzjonali tal-Bord Ġenerali bi drittijiet ta’ vot b’kunsiderazzjoni tal-ħtieġa ta’ rappreżentanza bilanċjata tal-Istati Membri bejn dawk li huma Stati Membri li qed jipparteċipaw kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u dawk li mhumiex. Huma għandhom jiġu eletti mill-membri nazzjonali tal-Bord Ġenerali bi drittijiet tal-vot u minn fosthom għal perijodu ta’ tliet snin;
(d)
rappreżentant tal-Kummissjoni;
(e)
il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea);
(f)
il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol);
(g)
il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq);
(h)
il-President tal-KEF;
(i)
il-president tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv; u
(j)
il-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv. Kwalunkwe post battal għal membru elett tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jimtela’ bl-elezzjoni ta’ membru ġdid mill-Bord Ġenerali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|