+Artikolu 11 Kumitat ta’ Tmexxija
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.

Artikolu 11 Kumitat ta’ Tmexxija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

(a) 

il-President tal-BERS u l-ewwel Viċi-President tal-BERS;

▼M1

(b) 

il-Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE responsabbli mill-istabbiltà finanzjarja u l-politika makroprudenzjali;

(c) 

erba’ membri nazzjonali tal-Bord Ġenerali bi drittijiet ta’ vot b’kunsiderazzjoni tal-ħtieġa ta’ rappreżentanza bilanċjata tal-Istati Membri bejn dawk li huma Stati Membri li qed jipparteċipaw kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u dawk li mhumiex. Huma għandhom jiġu eletti mill-membri nazzjonali tal-Bord Ġenerali bi drittijiet tal-vot u minn fosthom għal perijodu ta’ tliet snin;

(d) 

rappreżentant tal-Kummissjoni;

▼B

(e) 

il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea);

(f) 

il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol);

(g) 

il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq);

(h) 

il-President tal-KEF;

(i) 

il-president tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv; u

(j) 

il-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv.

Kwalunkwe post battal għal membru elett tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jimtela’ bl-elezzjoni ta’ membru ġdid mill-Bord Ġenerali.

Artikolu 11 2.
Il-President u l-ewwel Viċi President tal-BERS għandhom jorganizzaw flimkien il-laqgħat tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-inqas darba kull tliet xhur, qabel kull laqgħa tal-Bord Ġenerali. Il-President u l-ewwel Viċi President jistgħu wkoll jorganizzaw flimkien laqgħat ad hoc.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.