+Artikolu 12 Kumitat Xjentifiku Konsultattiv
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
|
Artikolu 12 Kumitat Xjentifiku Konsultattiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv u 15-il espert li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ ħiliet, esperjenza u għarfien li jirrigwardaw is-setturi rilevanti kollha tas-swieq finanzjarji, proposti mill-Kumitat tat-Tmexxija u approvati mill-Bord Ġenerali għal mandat rinnovabbli ta’ erba’ snin. Il-persuni nominati ma għandhomx ikunu membri tal-ESAs u għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom kif ukoll tal-esperjenza varjata tagħhom f’oqsma akkademiċi jew setturi oħra, partikolarment fl-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jew għaqdiet tal-ħaddiema, jew bħala fornituri jew konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Il-President u ż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandhom jinħatru mill-Bord Ġenerali wara proposta mill-President tal-BERS u għandu jkollhom kull wieħed livell għoli ta’ kompetenza esperta u għarfien rilevanti, pereżempju bis-saħħa tal-isfond akkademiku u professjonali rilevanti tagħhom fis-settur bankarju, is-settur tas-swieq tat-titoli jew is-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Ir-rwol tal-President tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jalterna b’rotazzjoni bejn dawk it-tliet persuni.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jipprovdi parir u assistenza lill-BERS skont l-Artikolu 4(5), fuq it-talba tal-President tal-BERS jew tal-Bord Ġenerali.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Is-Segretarjat tal-BERS għandu jsostni l-ħidma tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv u l-kap tas-Segretarjat għandu jipparteċipa fil-laqgħat tiegħu.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Fejn adatt, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jorganizza konsultazzjonijiet fi stadju bikri flimkien mal-partijiet ikkonċernati, bħall-parteċipanti fis-swieq, korpi tal-konsumaturi u esperti akkademiċi, b’mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li jqis ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità. Tali konsultazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-aktar mod wiesa’ possibbli sabiex jiggarantixxu approċċ inklużiv fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati kollha u tas-setturi finanzjarji rilevanti u għandhom jippermettu li l-partijiet ikkonċernati jkollhom żmien raġonevoli biex iwieġbu.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jingħata l-mezzi kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu b’suċċess.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|