+Artikolu 19 Obbligi ta’ responsabbiltà u ta’ rappurtar
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
|
Artikolu 19 Obbligi ta’ responsabbiltà u ta’ rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Mill-anqas darba fis-sena u aktar spiss f’każ ta’ inkwiet finanzjarju mifrux, il-President tal-BERS għandu jiġi mistieden għal smigħ fil-Parlament Ewropew mill-kumitat kompetenti, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-BERS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak is-smigħ għandu jitmexxa b’mod separat mid-djalogu monetarju bejn il-Parlament Ewropew u l-President tal-BĊE.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Ir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fih l-informazzjoni li l-Bord Ġenerali jiddeċiedi li jagħmel pubblika skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport annwali għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jinkludi l-għoti ta’ rendikont tar-riżorsi li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-BERS skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1096/2010.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Il-BERS għandu jeżamina wkoll kwistjonijiet speċifiċi fuq stedina tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob lill-President tal-BERS biex jattendi seduta ta’ smigħ tal-Kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Il-President tal-BERS għandu jkollu diskussjonijiet orali kunfidenzjali tal-inqas darbtejn fis-sena u aktar spiss jekk jitqies xieraq, fil-magħluq mal-President u l-Viċi-Presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew dwar l-attività attwali tal-BERS. Għandu jiġi konkluż ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-BERS dwar il-modalitajiet dettaljati tal-organizzazzjoni ta’ dawk il-laqgħat, bil-ħsieb li tiġi żgurata kunfidenzjalità sħiħa f’konformità mal-Artikolu 8. Il-BERS għandu jipprovdi kopja ta’ dak il-ftehim lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 19 6.
|
Il-BERS għandu jwieġeb bil-fomm jew bil-miktub għall-mistoqsijiet li jsirulu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Huwa għandu jwieġeb dawk il-mistoqsijiet mingħajr dewmien bla bżonn. Meta tkun trażmessa informazzjoni kunfidenzjali, il-Parlament Ewropew għandu jiżgura l-kunfidenzjalità sħiħa ta’ dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 8 u l-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|