+Artikolu 4 L-imposti fuq il-kambju tal-munita b’rabta mat-tranżazzjonijiet permezz ta’ kard
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.

Artikolu 4 L-imposti fuq il-kambju tal-munita b’rabta mat-tranżazzjonijiet permezz ta’ kard

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-imposti fuq il-kambju tal-munita u r-rata tal-kambju applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 45(1), l-Artikolu 52, punt (3), u l-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament u l-partijiet li jipprovdu servizzi ta’ kambju tal-munita f’automated teller machine (ATM) jew fil-punt ta’ bejgħ, kif imsemmi fl-Artikolu 59(2) ta’ dik id-Direttiva, għandhom jesprimu l-imposti totali fuq il-kambju tal-munita bħala marġni perċentwali fuq l-aktar rata ta’ referenza riċenti tal-kambju tal-euro disponibbli maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Dak il-marġni għandu jiġi żvelat lill-pagatur qabel tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament.
Artikolu 4 2.
Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għandhom ukoll jagħmlu l-marġni msemmi fil-paragrafu 1 pubbliku b’mod komprensibbli u faċilment aċċessibbli fuq pjattaforma elettroniku disponibbli b’mod wiesa’ u faċilment aċċessibbli.
Artikolu 4 3.

Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, parti li tipprovdi servizz ta’ kambju tal-munita fil-punt ta’ bejgħ jew f’ATM għandha tipprovdi lill-pagatur l-informazzjoni li ġejja qabel tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament:

(a) 

l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju fil-munita użata mill-benefiċjarju;

(b) 

l-ammont li għandu jitħallas mill-pagatur fil-munita tal-kont tal-pagatur.

Artikolu 4 4.
Parti li tipprovdi servizzi ta’ kambju tal-munita f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ għandha turi b’mod ċar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ. Qabel l-tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament, dik il-parti għandha tinforma wkoll lill-pagatur dwar il-possibbiltà li jħallas fil-munita użata mill-benefiċjarju u li l-kambju tal-munita jsir sussegwentement mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha wkoll tkun disponibbli għall-pagatur fuq mezz li jservi fit-tul wara li tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament.
Artikolu 4 5.
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur għandu, għal kull kard ta’ pagament maħruġa lill-pagatur mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur u li hija marbuta mal-istess kont, jibgħat lill-pagatur messaġġ elettroniku bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, mingħajr dewmien indebitu wara li l-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur jirċievi ordni ta’ pagament għal irtirar ta’ flus kontanti f’ATM jew pagament fil-punt ta’ bejgħ li jkun denominat fi kwalunkwe munita tal-Unjoni li tkun differenti mill-munita tal-kont tal-pagatur.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, tali messaġġ għandu jintbagħat darba f’kull xahar li fih il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur jirċievi mingħand il-pagatur ordni ta’ ħlas denominata fl-istess munita.

Artikolu 4 6.
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jaqbel mal-utent tas-servizz ta’ pagament dwar il-kanal jew kanali ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli b’mod wiesa’ u faċilment aċċessibbli li permezz tagħhom il-fornitur tas-servizz ta’ pagament se jibgħat il-messaġġ imsemmi fil-paragrafu 5.

Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu joffri lill-utenti tas-servizz ta’ pagament il-possibbiltà li jagħżlu li ma jirċevux il-messaġġi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 5.

Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament u l-utent tas-servizz ta’ pagament jistgħu jaqblu li l-paragrafu 5 u dan il-paragrafu ma japplikawx kompletament jew parzjalment meta l-utent tas-servizz ta’ pagament ma jkunx konsumatur.

Artikolu 4 7.
L-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandha tkun ipprovduta mingħajr ħlas u b’mod newtrali u komprensibbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1230
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.