+REGOLAMENT (UE) 2021/1230 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni (kodifikazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 2 Definizzjonijet
---+Artikolu 3 Imposti għal tranżazzjonijiet ta’ ħlasijiet transkonfinali u ħlasijiet nazzjonali korrispondenti
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
------+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 4 L-imposti fuq il-kambju tal-munita b’rabta mat-tranżazzjonijiet permezz ta’ kard
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 5 Imposti fuq il-kambju tal-munita relatati mat-trasferimenti tal-kreditu
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 6 Miżuri għall-faċilitazzjoni tal-awtomazzjoni tal-ħlasijiet
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 7 Obbligi ta’ rappurtar tal-bilanċ tal-ħlasijiet
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 8 Awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 9 Proċeduri għall-ilmenti għal ksur allegat ta’ dan ir-Regolament
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 10 Proċeduri għal ilmenti u rimedji bonarji
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 11 Koperazzjoni transkonfinali
---+Artikolu 12 Penali
---+Artikolu 13 Applikazzjoni għall-muniti l-oħrajn li mhumiex l-euro
---+Artikolu 14 Rieżami
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 15 Tħassir
---+Artikolu 16 Dħul fis-seħħ
---+ANNEX I Repealed Regulation with list of the successive amendments thereto
---+ANNEX II Correlation table
English - European Union - Financial Industry - Banking -

REGOLAMENT (UE) 2021/1230 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni (kodifikazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2021/1230 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Lulju 2021

dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni

(kodifikazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2 Definizzjonijet

Artikolu 2

Definizzjonijet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“pagament transkonfinali” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija mill-pagatur, jew minn benefiċjarju, fejn il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti;

(2) 

“pagament nazzjonali” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija mill-pagatur, jew minn jew permezz ta’ benefiċjarju, fejn il-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru;

(3) 

“pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u tippermetti ordni ta’ ħlas minn dak il-kont tal-ħlas, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont tal-ħlas, persuna fiżika jew ġuridika li tordna l-ħlas;

(4) 

“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur intenzjonat ta’ fondi li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas;

(5) 

“fornitur tas-servizz tal-ħlas” tfisser kwalunkwe kategoriji ta’ persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32 ta’ dik id-Direttiva, iżda teskludi dawk l-istituzzjonijiet elenkati fil-punti (2) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li jibbenefikaw minn deroga ta’ Stat Membru eżerċitata skont l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(6) 

“utent ta’ servizz ta’ pagament” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz ta’ pagament fil-kapaċità ta’ pagatur jew benefiċjarju, jew tat-tnejn;

(7) 

“tranżazzjoni ta’ ħlas” tfisser att, mibdi minn pagatur jew permezz ta’ benefiċjarju, jikkonsisti minn tqegħid, trasferiment jew ġbid ta’ fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju;

(8) 

“ordni tal-ħlas” tfisser kwalunkwe istruzzjoni minn pagatur jew benefiċjarju lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tiegħu, li titlob l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas;

(9) 

“imposta” tfisser kwalunkwe ammont impost fuq utent ta’ servizz ta’ pagament minn fornitur ta’ servizz ta’ pagament li jkun marbut direttament jew indirettament ma’ tranżazzjoni ta’ pagament, kwalunkwe ammont impost fuq utent ta’ servizzi ta’ pagament minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew parti li tipprovdi servizzi ta’ kambju tal-munita f’konformità mal-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għal servizz ta’ kambju tal-munita, jew taħlita tat-tnejn;

(10) 

“fondi” tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali u flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, punt (2), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(11) 

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li taġixxi għal finijiet oħra li m’humiex il-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(12) 

“mikro-intrapriża” tfisser intrapriża, li fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizz ta’ pagament tkun intrapriża kif definit fl-Artikoli 1 u l-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE ( 3 );

(13) 

“tariffa ta’ skambju” tfisser tariffa mħallsa bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur u tal-benefiċjarju għal kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett;

(14) 

“debitu dirett” tfisser servizz ta’ pagament biex jiġi ddebitat il-kont tal-ħlas tal-pagatur, fejn tranżazzjoni ta’ ħlas tkun mibdija minn benefiċjarju abbażi tal-kunsens mogħti mill-pagatur lill-benefiċjarju, lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-benefiċjarju jew lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur stess;

(15) 

“skema ta’ debitu dirett” tfisser ġabra ta’ regoli, prattika u standards komuni maqbula bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas biex ikunu esegwiti tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett.

Artikolu 3 Imposti għal tranżazzjonijiet ta’ ħlasijiet transkonfinali u ħlasijiet nazzjonali korrispondenti
Artikolu 4 L-imposti fuq il-kambju tal-munita b’rabta mat-tranżazzjonijiet permezz ta’ kard
Artikolu 5 Imposti fuq il-kambju tal-munita relatati mat-trasferimenti tal-kreditu
Artikolu 6 Miżuri għall-faċilitazzjoni tal-awtomazzjoni tal-ħlasijiet
Artikolu 7 Obbligi ta’ rappurtar tal-bilanċ tal-ħlasijiet
Artikolu 8 Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 8

Awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bdil li jikkonċerna l-awtoritajiet kompetenti li dwarhom ġiet notifikata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 924/2009.

L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament b’mod effettiv u biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità.

Artikolu 9 Proċeduri għall-ilmenti għal ksur allegat ta’ dan ir-Regolament
Artikolu 10 Proċeduri għal ilmenti u rimedji bonarji
Artikolu 11 Koperazzjoni transkonfinali

Artikolu 11

Koperazzjoni transkonfinali

L-awtoritajiet kompetenti u l-korpi responsabbli għall- proċeduri ta’ rimedju bonarju tal-Istati Membri differenti, imsemmija fl-Artikoli 8 u 10, għandhom jikkooperaw b’mod attiv u immedjatment sabiex isolvu t-tilwim transkonfinali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm koperazzjoni.

Artikolu 12 Penali

Artikolu 12

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, r- regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bi kwalunkwe emenda li taffettwa r-regoli u l-miżuri li dwarhom ġiet notifikata skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 924/2009.

Artikolu 13 Applikazzjoni għall-muniti l-oħrajn li mhumiex l-euro

Artikolu 13

Applikazzjoni għall-muniti l-oħrajn li mhumiex l-euro

Stat Membru li ma għandux l-euro bħala l-munita tiegħu u li jiddeċiedi li jestendi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tiegħu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu kif meħtieġ.

Dik in-notifikazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni estiża ta’ dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tidħol fis-seħħ 14-il jum wara dik il-pubblikazzjoni.

Artikolu 14 Rieżami
Artikolu 15 Tħassir

Artikolu 15

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament mħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 16 Dħul fis-seħħ

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ANNEX I Repealed Regulation with list of the successive amendments thereto




ANNEX I

Repealed Regulation with list of the successive amendments thereto



Regulation (EC) No 924/2009

of the European Parliament and of the Council

(OJ L 266, 9.10.2009, p. 11)

 

Regulation (EU) No 260/2012

of the European Parliament and of the Council

(OJ L 94, 30.3.2012, p. 22)

(Only the references made by Article 17 to Articles 2, 3, 4, 5, 7 and 8)

Regulation (EU) 2019/518

of the European Parliament and of the Council

(OJ L 91, 29.3.2019, p. 36)

 

ANNEX II Correlation table




ANNEX II

Correlation table



Regulation (EC) No 924/2009

This Regulation

Article 1(1), (2) and (3)

Article 1(1), (2) and (3)

Article 1(4)

–

Article 2

Article 2

Article 3(1)

Article 3(1)

Article 3(1a)

Article 3(2)

Article 3(2)

Article 3(3)

Article 3(4)

Article 3(4)

Article 3a

Article 4

Article 3b

Article 5

Article 4(1)

Article 6(1)

Article 4(3)

Article 6(2)

Article 4(4)

Article 6(3)

Article 5

Article 7

Article 6

–

Article 7

–

Article 9, first paragraph

Article 8, first paragraph

Article 9, second paragraph

Article 8, second paragraph

Article 9, third paragraph

–

Article 9, fourth paragraph

Article 8, third paragraph

Article 10(1), first subparagraph

Article 9(1)

Article 10(1), second subparagraph

–

Article 10(2)

Article 9(2)

Article 11

Article 10

Article 12

Article 11

Article 13

Article 12

Article 14(1)

Article 13

Article 14(2)

–

Article 14(3)

–

Article 15

Article 14

Article 16

Article 15

Article 17

Article 16

–

Annex I

–

Annex II

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1230
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.