|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“emittent” tfisser entità li toħroġ il-bonds;
(2)
“sovran” tfisser entità msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/1129;
(3)
“rekwiżiti tat-tassonomija” tfisser il-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852;
(4)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif iddefinit fl-Artikolu 4(1), il-punt (21), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(5)
“bond ikkummerċjalizzat bħala ambjentalment sostenibbli” tfisser bond li l-emittent tiegħu jipprovdi lill-investituri impenn jew kwalunkwe forma ta’ asserzjoni prekuntrattwali li r-rikavati mill-bonds jiġu allokati għal attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal objettiv ambjentali;
(6)
“bond marbut mas-sostenibbiltà” tfisser bond li l-karatteristiċi finanzjarji jew strutturali tiegħu jvarjaw skont l-ilħuq mill-emittent ta’ objettivi ta’ sostenibbiltà ambjentali predefiniti;
(7)
“Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru domiċiljari kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2017/1129;
(8)
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (n), tar-Regolament (UE) 2017/1129;
(9)
“assi finanzjarju” tfisser dejn jew ekwità, jew taħlita tagħhom;
(10)
“magħmul disponibbli għall-investituri fl-Unjoni” tfisser:
(a)
offerta lill-pubbliku fl-Unjoni; jew
(b)
l-ammissjoni għan-negozjar ta’ bonds f’ċentru ta’ negozjar li jinsab fl-Unjoni;
(11)
“offerta lill-pubbliku” tfisser offerta ta’ titoli lill-pubbliku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2017/1129;
(12)
“ċentru ta’ negozjar” tfisser ċentru ta’ negozjar kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (24), tad-Direttiva 2014/65/UE;
(13)
“pjan CapEx” tfisser pjan CapEx kif previst fil-punt 1.1.2.2, il-punt (b), u fil-punt 1.1.3.2, il-punt (b), tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
(14)
“kostijiet tal-ħruġ” tfisser kostijiet li huma direttament relatati mal-ħruġ ta’ bonds, inklużi l-kostijiet imġarrba għal pariri professjonali, servizzi legali, klassifikazzjoni, rieżami estern, sottoskrizzjoni u kollokament;
(15)
“kriterji ta’ skrinjar tekniku” tfisser il-kriterji ta’ skrinjar tekniku stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852;
(16)
“attività ekonomika ta’ tranżizzjoni” tfisser attività ekonomika li tikkonforma mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852;
(17)
“attività ekonomika ta’ faċilitazzjoni” tfisser attività ekonomika li tikkonforma mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2020/852;
(18)
“titolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(19)
“oriġinatur” tfisser oriġinatur kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(20)
“entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni” jew “SSPE” tfisser entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni jew SSPE kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(21)
“skopertura titolizzata” tfisser skopertura inkluża f’titolizzazzjoni;
(22)
“bond ta’ titolizzazzjoni” tfisser bond maħruġ minn SSPE f’konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3;
(23)
“titolizzazzjoni sintetika” tfisser titolizzazzjoni sintetika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(24)
“karburant fossili” tfisser karburant fossili kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (62), tar-Regolament (UE) 2018/1999. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|