+Artikolu 4 Użu tar-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
|
Artikolu 4 Użu tar-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Qabel il-maturità ta’ Bond Ekoloġiku Ewropew, ir-rikavati minn tali bond għandhom jiġu allokati b’mod sħiħ, f’konformità mar-rekwiżiti tat-tassonomija, lil waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin (l-“approċċ gradwali”):
(a)
assi fissi li ma jkunux assi finanzjarji;
(b)
nefqa kapitali li taqa’ taħt il-punt 1.1.2.2. tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
(c)
nefqa operatorja li taqa’ taħt il-punt 1.1.3.2. tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 u li tkun iġġarrbet mhux aktar minn tliet snin qabel il-ħruġ tal-Bond Ekoloġiku Ewropew;
(d)
assi finanzjarji li nħolqu mhux aktar minn ħames snin wara l-ħruġ tal-Bond Ekoloġiku Ewropew;
(e)
assi u nefqa tal-unitajiet domestiċi.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-emittenti jistgħu jnaqqsu l-kostijiet tal-ħruġ mir-rikavati mill-Bond Ekoloġiku Ewropew qabel ma jallokaw dawk ir-rikavati.
|
|
Artikolu 4 2.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, l-emittenti jistgħu jallokaw ir-rikavati minn Bond Ekoloġiku Ewropew pendenti wieħed jew aktar għal portafoll ta’ assi fissi jew assi finanzjarji f’konformità mar-rekwiżiti tat-tassonomija (l-“approċċ ta’ portafoll”). Meta l-emittenti jallokaw ir-rikavati f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fir-rapporti ta’ allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 għandhom juru li l-valur totali tal-assi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fil-portafoll tagħhom jaqbeż il-valur totali tal-portafoll tagħhom ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej pendenti.
|
|
Artikolu 4 3.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, emittent sovran jew ta’ pajjiż terz li jkun Stat, membru ta’ federazzjoni fil-każ ta’ Stat federali, jew entità reġjonali jew muniċipali, jista’ jalloka wkoll ir-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi Ewropej li jkun ħareġ għal ħelsien mit-taxxa, sussidji, konsum intermedju, trasferimenti kurrenti fi ħdan gvern ġenerali, kooperazzjoni internazzjonali attwali jew tipi oħra ta’ nefqa pubblika, dment li r-rikavati jiġu allokati f’konformità mar-rekwiżiti tat-tassonomija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|