|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Qabel il-maturità ta’ Bond Ekoloġiku Ewropew, ir-rikavati minn tali bond għandhom jiġu allokati b’mod sħiħ, f’konformità mar-rekwiżiti tat-tassonomija, lil waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin (l-“approċċ gradwali”):
(a)
assi fissi li ma jkunux assi finanzjarji;
(b)
nefqa kapitali li taqa’ taħt il-punt 1.1.2.2. tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
(c)
nefqa operatorja li taqa’ taħt il-punt 1.1.3.2. tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 u li tkun iġġarrbet mhux aktar minn tliet snin qabel il-ħruġ tal-Bond Ekoloġiku Ewropew;
(d)
assi finanzjarji li nħolqu mhux aktar minn ħames snin wara l-ħruġ tal-Bond Ekoloġiku Ewropew;
(e)
assi u nefqa tal-unitajiet domestiċi. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-emittenti jistgħu jnaqqsu l-kostijiet tal-ħruġ mir-rikavati mill-Bond Ekoloġiku Ewropew qabel ma jallokaw dawk ir-rikavati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|