+Artikolu 8 Applikazzjoni tal-kriterji ta’ skrinjar tekniku u tal-grandfathering
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
|
Artikolu 8 Applikazzjoni tal-kriterji ta’ skrinjar tekniku u tal-grandfathering
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Meta l-emittenti jallokaw ir-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għall-użi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u (3), għandhom jiżguraw li:
(a)
dawk ir-rikavati jiġu allokati f’allinjament mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku applikabbli fiż-żmien tal-ħruġ tal-bond;
(b)
meta l-kriterji ta’ skrinjar tekniku jiġu emendati wara l-ħruġ tal-bond, ir-rikavati li ġejjin jiġu allokati f’allinjament mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku emendati mhux aktar tard minn seba’ snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-kriterji emendati:
(i)
ir-rikavati li għadhom ma ġewx allokati; u
(ii)
ir-rikavati li huma koperti minn pjan CapEx, f’konformità mal-Artikolu 7, li għadhom ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tat-tassonomija.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Meta l-emittenti jallokaw ir-rikavati f’konformità mal-approċċ ta’ portafoll, l-emittenti għandhom jinkludu fil-portafoll tagħhom biss dawk l-assi li l-attività ekonomika sottostanti tagħhom tkun allinjata ma’ kwalunkwe kriterju ta’ skrinjar tekniku li kien applikabbli fi kwalunkwe punt matul is-seba’ snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-allokazzjoni.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Meta r-rikavati minn bond pendenti jkunu f’riskju li ma jiġux allinjati mal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-emittent għandu jfassal, jissottometti għal rieżami estern minn rieżaminatur estern u jippubblika pjan għall-allinjament tagħhom sa fejn ikun possibbli mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku emendati u għall-mitigazzjoni sa fejn ikun possibbli tal-konsegwenzi negattivi tan-nuqqas ta’ allinjament sħiħ mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku emendati. L-emittent għandu jippubblika dak il-pjan qabel l-iskadenza tal-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b).
|
|
Artikolu 8 4.
|
L-allinjament mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku rilevanti għandu jintwera fir-rapport tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 11.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|