+Artikolu 15a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 15a 1.
---+Artikolu 15a 2.
---+Artikolu 15a 3.
---+Artikolu 15a 4.
---+Artikolu 15a 5.
---+Artikolu 15a 6.
|
Artikolu 15a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15a 1.
|
Mill-10 ta’ Jannar 2030, meta jippubblikaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-iskeda informattiva, ir-rieżami ta’ qabel il-ħruġ relatat mal-iskeda informattiva, ir-rapporti tal-allokazzjoni annwali, ir-rieżami ta’ wara l-ħruġ relatat ma’ rapport tal-allokazzjoni annwali wieħed jew aktar, ir-rapport tal-impatt, ir-rieżami tar-rapport tal-impatt imsemmi fl-Artikolu 15;
(b)
id-divulgazzjonijiet ta’ qabel il-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 20, u d-divulgazzjonijiet perjodiċi ta’ wara l-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 21;
l-emittent għandu jissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
).
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-emittent li miegħu hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
id-daqs tal-emittent, skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
|
|
Artikolu 15a 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (b)(ii), l-emittent għandu jikseb identifikatur ta’ entità ġuridika.
|
|
Artikolu 15a 3.
|
Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.
|
|
Artikolu 15a 4.
|
Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
|
|
Artikolu 15a 5.
|
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:
(a)
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
(b)
l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;
(c)
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post. L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 15a 6.
|
Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida għall-entitajiet biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|