+Artikolu 19 Rekwiżiti addizzjonali ta’ divulgazzjoni fil-każ ta’ titolizzazzjoni
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
|
Artikolu 19 Rekwiżiti addizzjonali ta’ divulgazzjoni fil-każ ta’ titolizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Fil-każ ta’ bond ta’ titolizzazzjoni bid-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB”, il-prospett ippubblikat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 għandu jinkludi dikjarazzjoni li l-bond huwa bond ta’ titolizzazzjoni u li l-oriġinatur huwa responsabbli għat-twettiq tal-impenji meħuda fil-prospett rigward l-użu tar-rikavati.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Sabiex tiġi pprovduta trasparenza dwar il-karatteristiċi ambjentali tal-iskoperturi titolizzati, l-informazzjoni dwar dawn li ġejjin għandha tiġi inkluża fil-prospett fuq bażi tal-aħjar sforzi u bl-aħjar mod li jistal-oriġinatur, abbażi tad-data disponibbli:
(a)
is-sehem tal-iskoperturi titolizzati fil-pul ta’ skoperturi titolizzati, li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li huma attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (5), tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
(b)
għal kull attività ekonomika rilevanti elenkata fl-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, fil-pul ta’ skoperturi eliġibbli għat-tassonomija msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, is-sehem tal-iskoperturi titolizzati allinjati mat-tassonomija;
(c)
għal kull attività ekonomika rilevanti elenkata fl-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, fil-pul ta’ skoperturi eliġibbli għat-tassonomija msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, is-sehem tal-iskoperturi titolizzati li jonqsu milli jissodisfaw l-objettivi “la tagħmilx ħsara sinifikanti” kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2020/852.
|
|
Artikolu 19 3.
|
L-informazzjoni inkluża fil-prospett f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi inkluża wkoll fl-iskeda informattiva dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 10, abbażi ta’ aġġornamenti annwali li għandhom jitwettqu mill-oriġinatur, fir-rapport dwar l-allokazzjoni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmi fl-Artikolu 11.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|