|
+Artikolu 21 3. |
Artikolu 21 3.Għal emittent ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà, il-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
ir-raġunament, il-livell ta’ ambizzjoni, il-materjalità u l-metodoloġija tal-kalkolu tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti mill-emittent;
(b)
meta l-emittent ikun soġġett għal obbligu li jippubblika pjanijiet skont l-Artikolu 19a(2), il-punt (a)(iii), jew l-Artikolu 29a(2), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2013/34/UE, jew meta l-emittent ippubblika volontarjament tali pjanijiet, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds huwa maħsub li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet;
(c)
meta rilevanti, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds huwa marbut mal-fatturat, in-nefqa kapitali u n-nefqa operatorja allinjati mat-tassonomija tal-emittent billi jiġi applikat ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
(d)
deskrizzjoni tal-istruttura tal-bonds, inkluż il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-kupun. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|