+Artikolu 21 Divulgazzjonijiet perjodiċi ta’ wara l-ħruġ għall-emittenti ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
|
Artikolu 21 Divulgazzjonijiet perjodiċi ta’ wara l-ħruġ għall-emittenti ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
L-emittenti ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà jistgħu jagħmlu ddivulgazzjonijiet perjodiċi tal-informazzjoni ta’ wara l-ħruġ permezz ta’ mudelli komuni. Meta emittent jiddivulga informazzjoni perjodika ta’ wara l-ħruġ f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 44 sal-maturità tal-bond.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Għal emittent ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli, il-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
meta l-emittent ikun soġġett għal obbligu li jippubblika pjanijiet skont l-Artikolu 19a(2), il-punt (a)(iii), jew l-Artikolu 29a(2), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2013/34/UE, jew meta l-emittent ippubblika volontarjament tali pjanijiet, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet;
(b)
meta l-emittent ikun soġġett għall-obbligu li jiddivulga informazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds jikkontribwixxu għall-fatturat, in-nefqa kapitali u n-nefqa operatorja allinjati mat-tassonomija tal-emittent;
(c)
il-proporzjon minimu ta’ rikavati mill-bonds li jintużaw għal attivitajiet li huma ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Għal emittent ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà, il-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
ir-raġunament, il-livell ta’ ambizzjoni, il-materjalità u l-metodoloġija tal-kalkolu tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti mill-emittent;
(b)
meta l-emittent ikun soġġett għal obbligu li jippubblika pjanijiet skont l-Artikolu 19a(2), il-punt (a)(iii), jew l-Artikolu 29a(2), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2013/34/UE, jew meta l-emittent ippubblika volontarjament tali pjanijiet, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds huwa maħsub li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet;
(c)
meta rilevanti, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds huwa marbut mal-fatturat, in-nefqa kapitali u n-nefqa operatorja allinjati mat-tassonomija tal-emittent billi jiġi applikat ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
(d)
deskrizzjoni tal-istruttura tal-bonds, inkluż il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-kupun.
|
|
Artikolu 21 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 68 sal-21 ta’ Diċembru 2024 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li se tiġi divulgata fil-mudelli msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Meta tabbozza dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni dwar aspetti ambjentali, soċjali u ta’ governanza li hija meħtieġa li tiġi divulgata skont atti leġiżlattivi rilevanti oħra, inkluż ir-Regolament (UE) 2017/1129, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tad-divulgazzjonijiet għall-emittenti. Meta tabbozza dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2088.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|