|
+Artikolu 23 2. |
Artikolu 23 2.L-ESMA għandha tirreġistra applikant bħala rieżaminatur estern biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-maniġment superjuri u l-membri tal-bord tal-applikant:
(i)
ikollhom reputazzjoni tajba biżżejjed;
(ii)
ikunu kapaċi biżżejjed li jiżguraw li l-applikant ikun jista’ jwettaq il-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dan ir-Regolament;
(iii)
ikollhom biżżejjed kwalifiki professjonali;
(iv)
ikollhom esperjenza rilevanti f’attivitajiet bħal assigurazzjoni tal-kwalità, kontroll tal-kwalità, fit-twettiq ta’ rieżamijiet ta’ qabel u ta’ wara l-ħruġ u rieżamijiet tar-rapport tal-impatt, il-provvista ta’ opinjonijiet ta’ allinjament tat-tieni parti jew ta’ servizzi finanzjarji;
(b)
l-għadd ta’ analisti, impjegati u persuni oħrajn direttament involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-applikant, u l-livell ta’ għarfien, esperjenza u taħriġ tagħhom, ikunu biżżejjed biex l-applikant iwettaq il-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dan ir-Regolament;
(c)
l-arranġamenti interni implimentati tal-applikant biex tiġi żgurata l-konformità tal-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu jkunu xierqa u effettivi. Meta tivvaluta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESMA tista’ tqis jekk l-applikant, meta jkun ipprovda servizzi skont l-Artikoli 69 u 70, użax l-aħjar sforzi biex jikkonforma mal-Artikoli 24 sa 38. Għal dak il-għan, l-ESMA tista’ titlob lill-applikant jipprovdilha l-informazzjoni meħtieġa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|