|
+Artikolu 34 1. |
Artikolu 34 1.Ir-rieżaminaturi esterni għandhom iżommu rekords adegwati ta’ dan li ġej:
(a)
l-identità tal-persuni li jipparteċipaw fid-determinazzjoni u fl-approvazzjoni tar-rieżamijiet, u d-data li fiha jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet għall-approvazzjoni tar-rieżamijiet;
(b)
id-dokumentazzjoni għall-proċeduri u l-metodoloġiji stabbiliti użati mir-rieżaminaturi esterni biex iwettqu u jfasslu r-rieżamijiet;
(c)
id-dokumenti interni, inkluż informazzjoni mhux pubblika u d-dokumenti ta’ ħidma, użati biex jiffurmaw il-bażi ta’ kwalunkwe rieżami ppubblikat;
(d)
rekords tal-proċeduri u tal-miżuri implimentati mir-rieżaminaturi esterni biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament;
(e)
kopji ta’ komunikazzjonijiet interni u esterni li jkunu relatati mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni, inkluż komunikazzjonijiet elettroniċi, riċevuti u mibgħuta mir-rieżaminatur estern u mill-impjegati tiegħu;
(f)
id-dokumentazzjoni li jkun fiha valutazzjonijiet prekuntrattwali kif imsemmi fl-Artikolu 35(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|