+Artikolu 34 Rekwiżiti taż-żamma ta’ rekords
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.

Artikolu 34 Rekwiżiti taż-żamma ta’ rekords

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.

Ir-rieżaminaturi esterni għandhom iżommu rekords adegwati ta’ dan li ġej:

(a) 

l-identità tal-persuni li jipparteċipaw fid-determinazzjoni u fl-approvazzjoni tar-rieżamijiet, u d-data li fiha jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet għall-approvazzjoni tar-rieżamijiet;

(b) 

id-dokumentazzjoni għall-proċeduri u l-metodoloġiji stabbiliti użati mir-rieżaminaturi esterni biex iwettqu u jfasslu r-rieżamijiet;

(c) 

id-dokumenti interni, inkluż informazzjoni mhux pubblika u d-dokumenti ta’ ħidma, użati biex jiffurmaw il-bażi ta’ kwalunkwe rieżami ppubblikat;

(d) 

rekords tal-proċeduri u tal-miżuri implimentati mir-rieżaminaturi esterni biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament;

(e) 

kopji ta’ komunikazzjonijiet interni u esterni li jkunu relatati mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni, inkluż komunikazzjonijiet elettroniċi, riċevuti u mibgħuta mir-rieżaminatur estern u mill-impjegati tiegħu;

(f) 

id-dokumentazzjoni li jkun fiha valutazzjonijiet prekuntrattwali kif imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 34 2.
Ir-rekords u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinżammu sa ma jkunu skadew mill-inqas ħames snin wara l-maturità tal-bond ikkonċernat u għandhom ikunu disponibbli għall-ESMA fuq talba tagħha.
Artikolu 34 3.
Meta l-ESMA tkun irtirat ir-reġistrazzjoni ta’ rieżaminatur estern f’konformità mal-Artikolu 59(1), dak ir-rieżaminatur estern għandu jiżgura li r-rekords u d-dokumenti jinżammu għal ħames snin addizzjonali. Ir-rekords u d-dokumenti li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tar-rieżaminatur estern u tal-emittent tal-Bond Ekoloġiku Ewropew skont ftehim li jiġu pprovduti servizzi ta’ valutazzjoni għandhom jinżammu għad-durata tar-relazzjoni ma’ dak l-emittent.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.