|
+Artikolu 35 5. |
Artikolu 35 5.Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-analisti u l-impjegati tagħhom jew kwalunkwe persuna fiżika oħra kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u direttament involuta fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:
(a)
jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jipproteġu l-proprjetà u r-rekords fil-pussess tar-rieżaminatur estern minn frodi, serq jew użu ħażin, filwaqt li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tagħhom;
(b)
ma jiddivulgaw l-ebda informazzjoni dwar ir-rieżamijiet u dwar rieżamijiet futuri possibbli, lil kwalunkwe parti għajr lill-emittenti li jkunu talbu l-valutazzjoni mir-rieżaminatur estern;
(c)
ma jużawx jew ma jaqsmux informazzjoni kunfidenzjali għal kwalunkwe fini ieħor għajr tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|