+Artikolu 35 Kunflitti ta’ interess u kunfidenzjalità tal-informazzjoni
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.

Artikolu 35 Kunflitti ta’ interess u kunfidenzjalità tal-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.

Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jidentifikaw, jeliminaw jew jimmaniġġaw, u jiddivulgaw b’mod trasparenti fir-rieżamijiet tagħhom kwalunkwe kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali li jikkonċerna kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-analisti jew l-impjegati tagħhom;

(b) 

l-azzjonisti li jkollhom mill-inqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tar-rieżaminaturi esterni jew f’kumpanija li jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq ir-rieżaminaturi esterni;

(c) 

kwalunkwe persuna li tkun kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u li tkun direttament involuta fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni;

(d) 

kwalunkwe persuna li tapprova r-rieżamijiet.

Artikolu 35 2.
Qabel ma jidħol f’kuntratt ma’ emittent għall-forniment ta’ servizzi, ir-rieżaminatur estern għandu jwettaq valutazzjoni prekuntrattwali dwar jekk hemmx kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali, u għandu jiddokumenta dik il-valutazzjoni. Ir-rieżaminatur estern għandu jaġġorna l-valutazzjoni prekuntrattwali u d-dokumentazzjoni relatata meta tinħoloq bidla materjali fir-riskju ta’ kunflitt ta’ interess wara l-konklużjoni tal-kuntratt bejn ir-rieżaminatur estern u l-emittent.

Ir-rieżaminatur estern ma għandux joħroġ rieżami meta jidentifika kunflitt ta’ interess attwali u r-rieżaminatur estern ma jkunx jista’ jimplimenta miżuri biex jelimina jew jimmaniġġa dak il-kunflitt ta’ interess.

Artikolu 35 3.
It-tariffi imposti mir-rieżaminaturi esterni għas-servizzi ta’ valutazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultat tar-rieżamijiet, jew fuq kwalunkwe riżultat jew eżitu ieħor tax-xogħol imwettaq.
Artikolu 35 4.
L-analisti, l-impjegati tar-rieżaminatur estern u kwalunkwe persuna oħra kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u direttament involuta fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.
Artikolu 35 5.

Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-analisti u l-impjegati tagħhom jew kwalunkwe persuna fiżika oħra kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u direttament involuta fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(a) 

jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jipproteġu l-proprjetà u r-rekords fil-pussess tar-rieżaminatur estern minn frodi, serq jew użu ħażin, filwaqt li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tagħhom;

(b) 

ma jiddivulgaw l-ebda informazzjoni dwar ir-rieżamijiet u dwar rieżamijiet futuri possibbli, lil kwalunkwe parti għajr lill-emittenti li jkunu talbu l-valutazzjoni mir-rieżaminatur estern;

(c) 

ma jużawx jew ma jaqsmux informazzjoni kunfidenzjali għal kwalunkwe fini ieħor għajr tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.