|
+Artikolu 40 3. |
Artikolu 40 3.L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-ofqsa legali u superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala effettivament ekwivalenti f’konformità mal-paragrafu 1. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw dan li ġej:
(a)
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz irreġistrati jew awtorizzati f’pajjiżi terzi li tintalab mill-ESMA;
(b)
il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li jkun taħt is-superviżjoni tagħha, u li l-ESMA tkun irreġistrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 67, ikun qed jikser il-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew il-liġi applikabbli;
(c)
il-proċeduri dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inkluż, meta jkun xieraq, l-ispezzjonijiet fuq il-post. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|