+Artikolu 40 Deċiżjoni dwar l-ekwivalenza
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.

Artikolu 40 Deċiżjoni dwar l-ekwivalenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni fir-rigward ta’ pajjiż terz li tiddikjara li l-oqsfa legali u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz jiżguraw dan li ġej:

(a) 

li r-rieżaminaturi esterni reġistrati jew awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti organizzazzjonali u ta’ kondotta kummerċjali legalment vinkolanti b’effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fil-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament;

(b) 

li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta’ rieżaminaturi esterni rreġistrati jew awtorizzati fl-ambitu tal-liġi ta’ dak il-pajjiż terz.

Artikolu 40 2.

Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-qafas organizzazzjonali u ta’ kondotta kummerċjali ta’ pajjiż terz li jkollu effett ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament meta, fi ħdan dak il-qafas, l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ rieżami estern ikunu soġġetti għal dan li ġej:

(a) 

reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni u superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;

(b) 

rekwiżiti organizzazzjonali adegwati fil-qasam tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern;

(c) 

regoli xierqa tal-kondotta tal-operazzjonijiet.

Artikolu 40 3.

L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-ofqsa legali u superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala effettivament ekwivalenti f’konformità mal-paragrafu 1. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

(a) 

il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz irreġistrati jew awtorizzati f’pajjiżi terzi li tintalab mill-ESMA;

(b) 

il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li jkun taħt is-superviżjoni tagħha, u li l-ESMA tkun irreġistrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 67, ikun qed jikser il-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew il-liġi applikabbli;

(c) 

il-proċeduri dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inkluż, meta jkun xieraq, l-ispezzjonijiet fuq il-post.

Artikolu 40 4.
Rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz stabbilit f’pajjiż li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie rikonoxxut bħala effettivament ekwivalenti f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u li jkun irreġistrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 67, għandu jkun jista’ jipprovdi s-servizzi koperti mir-reġistrazzjoni lill-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej madwar l-Unjoni kollha.
Artikolu 40 5.
Rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz ma għandux jibqa’ juża d-drittijiet skont l-Artikolu 39 meta l-Kummissjoni tirtira d-deċiżjoni tagħha imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.