|
+Artikolu 43 1. |
Artikolu 43 1.Rieżaminatur estern stabbilit fl-Unjoni li jkun irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 23 jista’ japplika għand l-ESMA għal awtorizzazzjoni ta’ approvazzjoni tas-servizzi pprovduti minn rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz fuq bażi kontinwa fl-Unjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ir-rieżaminatur estern li jkun vverifika u jista’ juri fuq bażi kontinwa lill-ESMA li l-forniment ta’ servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jissodisfa rekwiżiti li jkunu mill-inqas stretti daqs ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(b)
ir-rieżaminatur estern ikollu l-għarfien espert meħtieġ biex jimmonitorja b’mod effettiv l-attività tal-forniment ta’ servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz u biex jimmaniġġa r-riskji assoċjati;
(c)
ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jiġi invokat għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet oġġettivi li ġejjin:
(i)
l-ispeċifiċitajiet tas-swieq jew tal-investimenti sottostanti;
(ii)
il-prossimità tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz għas-swieq, għall-emittenti jew għall-investituri ta’ pajjiż terz;
(iii)
l-għarfien espert tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz fil-forniment ta’ servizzi ta’ rieżami estern jew fi swieq jew investimenti speċifiċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|