+Artikolu 43 Approvazzjoni ta’ servizzi skont dan ir-Regolament ipprovduti f’pajjiż terz
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.
---+Artikolu 43 6.
---+Artikolu 43 7.
---+Artikolu 43 8.
|
Artikolu 43 Approvazzjoni ta’ servizzi skont dan ir-Regolament ipprovduti f’pajjiż terz
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Rieżaminatur estern stabbilit fl-Unjoni li jkun irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 23 jista’ japplika għand l-ESMA għal awtorizzazzjoni ta’ approvazzjoni tas-servizzi pprovduti minn rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz fuq bażi kontinwa fl-Unjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ir-rieżaminatur estern li jkun vverifika u jista’ juri fuq bażi kontinwa lill-ESMA li l-forniment ta’ servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jissodisfa rekwiżiti li jkunu mill-inqas stretti daqs ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(b)
ir-rieżaminatur estern ikollu l-għarfien espert meħtieġ biex jimmonitorja b’mod effettiv l-attività tal-forniment ta’ servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz u biex jimmaniġġa r-riskji assoċjati;
(c)
ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jiġi invokat għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet oġġettivi li ġejjin:
(i)
l-ispeċifiċitajiet tas-swieq jew tal-investimenti sottostanti;
(ii)
il-prossimità tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz għas-swieq, għall-emittenti jew għall-investituri ta’ pajjiż terz;
(iii)
l-għarfien espert tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz fil-forniment ta’ servizzi ta’ rieżami estern jew fi swieq jew investimenti speċifiċi.
|
|
Artikolu 43 2.
|
Rieżaminatur estern li jissottometti applikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 (ir-“riezaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni”)għandu jagħti l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li, fil-ħin tal-applikazzjoni, il-kundizzjonijiet kollha msemmija f’dak il-paragrafu jkunu ġew issodisfati.
|
|
Artikolu 43 3.
|
L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol wara l-wasla tal-applikazzjoni. Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni kif xieraq u għandha tistabbilixxi skadenza sa meta r-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni jkollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali. Meta l-applikazzjoni tkun kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni kif xieraq. Fi żmien 45 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta, l-ESMA għandha teżamina l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni biex tawtorizza jew tirrifjuta l-approvazzjoni. L-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni bid-deċiżjoni tagħha. Id-deċiżjoni għandha tagħti raġunijiet u għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 43 4.
|
Is-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament minn rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li s-servizzi tiegħu jkunu ġew approvati għandhom jitqiesu bħala servizzi pprovduti mir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni. Ir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni ma għandux juża l-approvazzjoni bl-intenzjoni li jevita r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 43 5.
|
Rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni għandu jibqa’ kompletament responsabbli għas-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li s-servizzi tiegħu ġew approvati u għall-konformità ma-r-Regolament.
|
|
Artikolu 43 6.
|
Meta l-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew biex tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għadhomx jiġu ssodisfati, din għandu jkollha s-setgħa li titlob lir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni biex iwaqqaf l-approvazzjoni.
|
|
Artikolu 43 7.
|
Ir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni għandu jippubblika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38 fuq is-sit web tiegħu.
|
|
Artikolu 43 8.
|
Ir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni għandu jirrapporta lill-ESMA kull sena dwar is-servizzi li dan ikun approva matul it-tnax-il xahar preċedenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|