+Artikolu 45 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.

Artikolu 45 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1.

Sabiex jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mad-dritt nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigattivi li ġejjin:

(a) 

li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw l-iskedi informattivi tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 10 jew jinkludu f’dawk l-iskedi informattivi l-informazzjoni msemmija fl-Anness I;

(b) 

li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rieżamijiet u valutazzjonijiet;

(c) 

li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rapporti tal-allokazzjoni annwali jew jinkludu fir-rapporti tal-allokazzjoni annwali l-informazzjoni msemmija fl-Anness III;

(d) 

li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rapport tal-impatt jew jinkludu fir-rapport tal-impatt l-informazzjoni msemmija fl-Anness III;

(e) 

li jirrikjedu lill-emittenti jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bil-pubblikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15(4);

(f) 

meta l-emittenti jużaw il-mudelli komuni previsti fl-Artikolu 21, biex jirrikjedu li dawk l-emittenti jinkludu l-elementi msemmija fihom fid-divulgazzjonijiet perjodiċi ta’ wara l-ħruġ tagħhom;

(g) 

li jirrikjedu lill-awdituri u lill-maniġment superjuri tal-emittent jipprovdu informazzjoni u dokumenti;

(h) 

li jissospendu offerta jew ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jissuspettaw li l-emittent naqas milli jikkonforma ma’ obbligu skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2 jew l-Artikolu 18 jew 19;

(i) 

li jipprojbixxu offerta jew ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li l-emittent għadu jonqos milli jikkonforma ma’ obbligu skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2 jew l-Artikolu 18 jew 19;

(j) 

li jissospendu r-reklami għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi, jew jirrikjedu lill-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jew lill-intermedjarji finanzjarji kkonċernati jissospendu r-reklami għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jissuspettaw li l-emittent naqas milli jikkonforma mal-obbligu skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2, jew l-Artikolu 18 jew 19;

(k) 

li jipprojbixxu reklami, jew jirrikjedu lill-emittenti ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej jew l-intermedjarji finanzjarji kkonċernati li jwaqqfu r-reklami meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li l-emittent għadu jonqos milli jikkonforma ma’ obbligu skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II jew l-Artikoli 18 jew 19;

(l) 

li jippubblikaw il-fatt li emittent tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej ikun qed jonqos milli jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, u jirrikjedu lill-emittent jippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tiegħu;

(m) 

li jipprojbixxu emittent milli joħroġ Bonds Ekoloġiċi Ewropej għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena fil-każ li emittent, b’mod ripetut u sever, kiser il-Kapitolu 2 tat-Titolu II jew l-Artikoli 18 jew 19;

(n) 

li, wara perjodu ta’ tliet xhur wara r-rekwiżit imsemmi fil-punt (l) ta’ dan is-subparagrafu, jagħmlu pubbliku l-fatt li l-emittent tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej ma jibqax jikkonforma mal-Artikolu 3 fir-rigward tal-użu tad-deżinjazzjoni “Bonds Ekoloġiċi Ewropej” jew “EuGB”, u li jirrikjedi lil dak l-emittent jippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tiegħu;

(o) 

li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f’siti għajr dawk tar-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi, u għal dak il-fini li jidħlu fil-proprjetà sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, meta jkun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew tal-investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi pprovat ksur ta’ dan ir-Regolament.

Meta jkun meħtieġ skont id-dritt nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 45 2.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

direttament;

(b) 

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

(c) 

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lill-awtoritajiet imsemmija fil-punt (b);

(d) 

b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Artikolu 45 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi li jkunu meħtieġa biex jaqdu dmirijiethom.
Artikolu 45 4.
Persuna li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament ma għandhiex titqies li qed tikser xi restrizzjoni fuq id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandha tkun soġġetta għall-ebda tip ta’ responsabbiltà talli tkun għamlet tali informazzjoni disponibbli lil awtorità kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.