|
+Artikolu 45 1. |
Artikolu 45 1.Sabiex jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mad-dritt nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigattivi li ġejjin:
(a)
li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw l-iskedi informattivi tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 10 jew jinkludu f’dawk l-iskedi informattivi l-informazzjoni msemmija fl-Anness I;
(b)
li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rieżamijiet u valutazzjonijiet;
(c)
li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rapporti tal-allokazzjoni annwali jew jinkludu fir-rapporti tal-allokazzjoni annwali l-informazzjoni msemmija fl-Anness III;
(d)
li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rapport tal-impatt jew jinkludu fir-rapport tal-impatt l-informazzjoni msemmija fl-Anness III;
(e)
li jirrikjedu lill-emittenti jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bil-pubblikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15(4);
(f)
meta l-emittenti jużaw il-mudelli komuni previsti fl-Artikolu 21, biex jirrikjedu li dawk l-emittenti jinkludu l-elementi msemmija fihom fid-divulgazzjonijiet perjodiċi ta’ wara l-ħruġ tagħhom;
(g)
li jirrikjedu lill-awdituri u lill-maniġment superjuri tal-emittent jipprovdu informazzjoni u dokumenti;
(h)
li jissospendu offerta jew ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jissuspettaw li l-emittent naqas milli jikkonforma ma’ obbligu skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2 jew l-Artikolu 18 jew 19;
(i)
li jipprojbixxu offerta jew ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li l-emittent għadu jonqos milli jikkonforma ma’ obbligu skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2 jew l-Artikolu 18 jew 19;
(j)
li jissospendu r-reklami għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi, jew jirrikjedu lill-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jew lill-intermedjarji finanzjarji kkonċernati jissospendu r-reklami għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jissuspettaw li l-emittent naqas milli jikkonforma mal-obbligu skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2, jew l-Artikolu 18 jew 19;
(k)
li jipprojbixxu reklami, jew jirrikjedu lill-emittenti ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej jew l-intermedjarji finanzjarji kkonċernati li jwaqqfu r-reklami meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li l-emittent għadu jonqos milli jikkonforma ma’ obbligu skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II jew l-Artikoli 18 jew 19;
(l)
li jippubblikaw il-fatt li emittent tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej ikun qed jonqos milli jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, u jirrikjedu lill-emittent jippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tiegħu;
(m)
li jipprojbixxu emittent milli joħroġ Bonds Ekoloġiċi Ewropej għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena fil-każ li emittent, b’mod ripetut u sever, kiser il-Kapitolu 2 tat-Titolu II jew l-Artikoli 18 jew 19;
(n)
li, wara perjodu ta’ tliet xhur wara r-rekwiżit imsemmi fil-punt (l) ta’ dan is-subparagrafu, jagħmlu pubbliku l-fatt li l-emittent tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej ma jibqax jikkonforma mal-Artikolu 3 fir-rigward tal-użu tad-deżinjazzjoni “Bonds Ekoloġiċi Ewropej” jew “EuGB”, u li jirrikjedi lil dak l-emittent jippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tiegħu;
(o)
li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f’siti għajr dawk tar-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi, u għal dak il-fini li jidħlu fil-proprjetà sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, meta jkun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew tal-investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi pprovat ksur ta’ dan ir-Regolament. Meta jkun meħtieġ skont id-dritt nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|