+Artikolu 46 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.
---+Artikolu 46 7.

Artikolu 46 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u jikkooperaw fl-investigazzjoni, is-superviżjoni u l-infurzar.

L-Istati Membri li jkunu għażlu, f’konformità mal-Artikolu 49(5), li jistabbilixxu penali kriminali għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa li jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti legali mibdija għal ksur allegat ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn biex iwettqu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 46 2.

Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew fuq talba li tikkoopera f’investigazzjoni fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin biss:

(a) 

meta l-konformità mat-talba x’aktarx li taffettwa ħażin l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta’ infurzar jew investigazzjoni kriminali tagħha stess;

(b) 

meta l-proċedimenti legali jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet rilevanti ta’ dik l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru indirizzat;

(c) 

meta ġudizzju finali jkun digà ngħata fir-rigward tal-persuni msemmija fil-punt (b), għall-istess azzjonijiet f’dik l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Artikolu 46 3.
Awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu l-assistenza mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward tal-ispezzjonijiet fuq il-post jew tal-investigazzjonijiet.

Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, din tista’ tagħmel kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

twettaq spezzjonijiet jew investigazzjoni fuq il-post hija stess;

(b) 

tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba biex tipparteċipa fl-ispezzjoni fuq il-post jew fl-investigazzjoni;

(c) 

tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba biex twettaq l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni hija stess;

(d) 

taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni;

(e) 

taqsam kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.

Artikolu 46 4.
Fil-każ ta’ bond ta’ titolizzazzjoni, meta awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 44(2) issib, jew ikollha raġuni biex temmen, li ma kienx hemm konformità ma’ obbligu skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2, jew l-Artikolu 18 jew 19, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-entità jew l-entitajiet issuspettati b’tali nuqqas ta’ konformità dwar is-sejbiet tagħha b’mod dettaljat biżżejjed. Malli tirċievi dik l-informazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-entità suspettata bin-nuqqas ta’ konformità għandha, fi żmien 15-il jum tax-xogħol, tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex tindirizza n-nuqqas ta’ konformità identifikat u tinnotifika lill-awtorità kompetenti l-oħra involuta. Meta awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 44(2) ma taqbilx ma’ awtorità kompetenti oħra dwar il-proċedura jew il-kontenut tal-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tagħha, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha involuti dwar in-nuqqas ta’ qbil tagħha mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 46 5.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-ESMA f’sitwazzjonijiet li fihom tkun ġiet irrifjutata talba għal kooperazzjoni, b’mod partikolari għall-iskambju ta’ informazzjoni, jew li fihom ma tkunx ittieħdet azzjoni dwar din it-talba fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-TFUE, l-ESMA tista’, f’tali sitwazzjonijiet taġixxi f’konformità mas-setgħa mogħtija lilha mill-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 46 6.
L-ESMA tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata f’konformità mal-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 46 7.
L-ESMA tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-finijiet ta’ kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.