+Artikolu 52 2.

Artikolu 52 2.

Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet ġuridiċi, jew l-identità jew tad-data personali tal-persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b’każ mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ din id-data, jew meta din il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta’ investigazzjoni li tkun għaddejja, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura oħra amministrattiva sal-mument li fih ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni jieqfu jeżistu;

(b) 

jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura oħra amministrattiva fuq bażi anonima b’mod li jkun f’konformità mad-dritt nazzjonali, meta din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;

(c) 

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura oħra amministrattiva fil-każ li l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu li ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw:

(i) 

li ma tiġix ipperikolata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji; jew

(ii) 

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri meqjusa bħala ta’ natura minuri.

Fil-każ ta’ deċiżjoni li tiġi ppubblikata penali amministrattiva jew miżura oħra amministrattiva fuq bażi anonima, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi ddifferita għal perjodu raġonevoli meta jkun mistenni li f’dak il-perjodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jkunux se jibqgħu jeżistu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.