+Artikolu 53 Rapportar tal-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn lill-ESMA
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.

Artikolu 53 Rapportar tal-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn lill-ESMA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq bażi annwali, jipprovdu lill-ESMA l-informazzjoni aggregata dwar il-penali amministrattivi kollha u miżuri amministrattivi oħrajn imposti f’konformità mal-Artikolu 49. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.
Artikolu 53 2.
Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f’konformità mal-Artikolu 49(5), li jiġu stabbiliti penali kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fih, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b’informazzjoni anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha mwettqa u l-penali kriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-data dwar il-penali kriminali imposti f’rapport annwali.
Artikolu 53 3.
Awtorità kompetenti li tkun iddivulgat penali amministrattivi, miżuri amministrattivi oħrajn jew penali kriminali lill-pubbliku għandha fl-istess ħin tirrapporta dawk il-penali jew il-miżuri lill-ESMA.
Artikolu 53 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA dwar il-penali amministrattivi kollha jew miżuri amministraitivi oħrajn imposti iżda mhux ippubblikati f’konformità mal-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), inkluż kwalunkwe appell dwarhom u l-eżitu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b’rabta ma’ kwalunkwe penali kriminali imposta u jippreżentawha lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm bażi tad-data ċentrali tal-penali kkomunikati lilha għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti biss. Dik il-bażi tad-data għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet kompetenti u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.