+Artikolu 55 Investigazzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.
---+Artikolu 55 4.
---+Artikolu 55 5.
---+Artikolu 55 6.

Artikolu 55 Investigazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 55 1.

Sabiex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 54(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għandu jkollhom is-setgħa li:

(a) 

jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, irrispettivament mill-mezz li dawn ikunu maħżuna fuqu;

(b) 

jieħdu jew jiksbu kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor;

(c) 

isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 54(1) jew lir-rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u sabiex jinżamm rekord tat-tweġibiet;

(d) 

jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-finijiet tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;

(e) 

jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-data.

Artikolu 55 2.
L-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom malli jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-finijiet tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti ta’ penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 61 meta l-produzzjoni tar-rekords, tad-data, tal-proċeduri jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 54(1), ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 60 meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 54(1) jirrizultaw li jkunu skorretti jew qarrieqa.
Artikolu 55 3.
Il-persuni msemmija fl-Artikolu 54(1) għandhom jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet mibdija abbażi ta’ deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti ta’ penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 61, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt li d-deċiżjoni tiġi rrieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 55 4.
Fi żmien raġonevoli qabel l-investigazzjoni, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 44 tal-Istat Membru li fih tkun ser issir l-investigazzjoni dwar l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu wkoll l-investigazzjonijiet fuq talba.
Artikolu 55 5.
Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefown jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun tirrikjedi ksib ta’ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja f’konformità mad-dritt nazzjonali, l-ESMA għandha tapplika għal din l-awtorizzazzjoni. L-ESMA tista’ tapplika wkoll għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura kawtelatorja.
Artikolu 55 6.
Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-ESMA tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, mal-gravità tal-ksur suspettat u man-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.