Artikolu 57
Eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 54, 55 u 56
Is-setgħat mogħtija lill-ESMA, lil kwalunkwe uffiċjal tal-ESMA jew lil kwalunkwe persuna oħra awtorizzata mill-ESMA skont l-Artikolu 54, 55 jew 56 ma għandhomx jintużaw biex jirrikjedu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni jew ta’ dokumenti li jkunu soġġetti għall-privileġġ legali.