+Artikolu 56 Spezzjonijiet fuq il-post
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.
---+Artikolu 56 6.
---+Artikolu 56 7.
---+Artikolu 56 8.
---+Artikolu 56 9.

Artikolu 56 Spezzjonijiet fuq il-post

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.
Biex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha meħtieġa fil-bini kummerċjali, fl-art jew fil-proprjetà tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 54(1). Meta t-twettiq tajjeb u l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet ikunu jirrikjedu dan, l-ESMA tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post mingħajr notifika minn qabel.
Artikolu 56 2.
L-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA biex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini kummerċjali, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat kollha msemmija fl-Artikolu 55(1). Dawn għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali, proprjetà u reġistru jew rekord għall-perjodu tal-ispezzjoni, u safejn ikun meħtieġ għall-ispezzjoni.
Artikolu 56 3.
L-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA biex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom malli jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-pagamenti ta’ penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 61 meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien suffiċjenti qabel l-ispezzjoni, l-ESMA għandha tavża dwar l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun ser issir l-ispezzjoni.
Artikolu 56 4.
Il-persuni msemmija fl-Artikolu 54(1) għandhom jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tistabbilixxi d-data ta’ meta din tkun se tibda u tindika l-pagamenti ta’ penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 61, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt li d-deċiżjoni tiġi rrieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-ESMA għandha tieħu dawn id-deċiżjonijiet wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni.
Artikolu 56 5.
L-uffiċjali tal-ESMA, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali tal-ESMA u lil persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA. Għal dan il-għan, dawn għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali ta’ dik l-awtorità kompetenti jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fuq il-post fuq talba.
Artikolu 56 6.
L-ESMA tista’ tirrikjedi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni jwettqu f’isimha kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 55(1). Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom igawdu l-istess setgħat tal-ESMA kif stabbilit f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 55(1).
Artikolu 56 7.
Meta l-uffiċjali tal-ESMA, u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-ESMA jsibu li persuna tkun qed topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza meħtieġa, filwaqt li titlob, meta jkun xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.
Artikolu 56 8.
Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 tkun tirrikjedi awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja f’konformità mad-dritt nazzjonali applikabbli, l-ESMA għandha tapplika għal din l-awtorizzazzjoni. L-ESMA tista’ tapplika wkoll għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura kawtelatorja.
Artikolu 56 9.
Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-ESMA tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari b’rabta mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll mal-gravità tal-ksur suspettat u man-natura tal-involviment tal-persuna li tkun soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.