+Artikolu 64 Smigħ tal-persuni soġġetti għal deċiżjonijiet skont l-Artikoli 59, 60 u 61
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.

Artikolu 64 Smigħ tal-persuni soġġetti għal deċiżjonijiet skont l-Artikoli 59, 60 u 61

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 64 1.
Qabel tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikoli 59, 60 u 61, l-ESMA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċedimenti l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-ESMA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom dawk il-persuni kellhom l-opportunità li jikkummentaw.
Artikolu 64 2.
Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti skont l-Artikolu 59 sabiex jiġi evitat li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’każ bħal dan, l-ESMA tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 64 3.
Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għad-deċiżjoni tal-ESMA għandhom jiġu kompletament irrispettati matul il-proċedimenti rispettivi. Dawk il-persuni għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-ESMA, soġġetti għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti professjonali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux ikun estiż għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.