+Artikolu 66 Tariffi ta’ reġistrazzjoni, ta’ rikonoxximent u dawk superviżorji
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.
---+Artikolu 66 4.

Artikolu 66 Tariffi ta’ reġistrazzjoni, ta’ rikonoxximent u dawk superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 66 1.
L-ESMA għandha timponi tariffi fuq ir-rieżaminaturi esterni għan-nefqa relatata mar-reġistrazzjoni, mar-rikonoxximent u mas-superviżjoni tagħhom u għal kwalunkwe kost li l-ESMA tista’ ġġarrab fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.
Artikolu 66 2.
It-tariffi totali imposti mill-ESMA lir-rieżaminaturi esterni applikanti, lir-rieżaminaturi esterni reġistrati jew lir-rieżaminaturi esterni rikonoxxuti għandhom ikopru l-kostijiet amministrattivi mġarrba mill-ESMA fl-attivitajiet tagħha fir-rigward tar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-rieżaminaturi esterni kollha. Fl-istess waqt, kwalunkwe tariffa għandha tkun proporzjonata għall-fatturat tar-rieżaminatur estern ikkonċernat.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-rieżaminaturi esterni li l-fatturat annwali tagħhom ikun inqas minn ċertu ammont jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu li jħallsu tariffa, kif speċifikat aktar fl-att delegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.

Artikolu 66 3.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 68 sal-21 ta’ Diċembru 2024 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika, b’mod partikolari, it-tip ta’ tariffi, il-kwistjonijiet li fir-rigward tagħhom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi, u l-mod li bih dawn għandhom jitħallsu.

Meta tabbozza l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-limitu tal-fatturat annwali tar-rieżaminaturi esterni fil-livell tal-grupp li taħtu ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa, u għandha tispeċifika wkoll il-mod li bih il-fatturat annwali għandu jiġi kkalkolat għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dak il-limitu.

Artikolu 66 4.
Qabel l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ESMA rigward it-tariffi msemmija f’dak il-paragrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.