|
+Artikolu 67 1. |
Artikolu 67 1.L-ESMA għandha żżomm fuq is-sit web tagħha reġistru aċċessibbli għall-pubbliku li jelenka dan li ġej:
(a)
ir-rieżaminaturi esterni rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 23;
(b)
ir-rieżaminaturi esterni li jkunu temporanjament ipprojbiti milli jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-Artikolu 59;
(c)
ir-rieżaminaturi esterni li kellhom ir-reġistrazzjoni tagħhom irtirata f’konformità mal-Artikolu 59;
(d)
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz li jistgħu jipprovdu servizzi fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 39;
(e)
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 42;
(f)
ir-rieżaminaturi esterni rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 23 li japprovaw servizzi pprovduti minn rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 43;
(g)
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz li r-reġistrazzjoni tagħhom ġiet irtirata u li m’għadhomx jużaw id-drittijiet skont l-Artikolu 39 meta l-Kummissjoni tirtira d-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 40(1) fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz;
(h)
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz li r-rikonoxximent tagħhom ġie sospiż jew irtirat;
(i)
ir-rieżaminaturi esterni rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 23 li m’għadhomx jistgħu japprovaw is-servizzi pprovduti minn rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 43. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|