+Artikolu 67 Reġistru tal-ESMA tar-rieżaminaturi esterni u tar-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
|
Artikolu 67 Reġistru tal-ESMA tar-rieżaminaturi esterni u tar-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
L-ESMA għandha żżomm fuq is-sit web tagħha reġistru aċċessibbli għall-pubbliku li jelenka dan li ġej:
(a)
ir-rieżaminaturi esterni rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 23;
(b)
ir-rieżaminaturi esterni li jkunu temporanjament ipprojbiti milli jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-Artikolu 59;
(c)
ir-rieżaminaturi esterni li kellhom ir-reġistrazzjoni tagħhom irtirata f’konformità mal-Artikolu 59;
(d)
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz li jistgħu jipprovdu servizzi fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 39;
(e)
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 42;
(f)
ir-rieżaminaturi esterni rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 23 li japprovaw servizzi pprovduti minn rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 43;
(g)
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz li r-reġistrazzjoni tagħhom ġiet irtirata u li m’għadhomx jużaw id-drittijiet skont l-Artikolu 39 meta l-Kummissjoni tirtira d-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 40(1) fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz;
(h)
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz li r-rikonoxximent tagħhom ġie sospiż jew irtirat;
(i)
ir-rieżaminaturi esterni rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 23 li m’għadhomx jistgħu japprovaw is-servizzi pprovduti minn rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 43.
|
|
Artikolu 67 2.
|
Ir-reġistru għandu jkun fih id-dettalji ta’ kuntatt tar-rieżaminaturi esterni, is-siti web tagħhom u d-dati meta jidħlu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tal-ESMA dwar dawk ir-rieżaminaturi esterni.
|
|
Artikolu 67 3.
|
Għar-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz, ir-reġistru għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar is-servizzi li r-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz jipprovdu u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom fil-pajjiż terz.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|