|
+Artikolu 71 1. |
Artikolu 71 1.Sal-21 ta’ Diċembru 2028 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA u mal-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli stabbilita mir-Regolament (UE) 2020/852, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, sa fejn ikun possibbli, mill-inqas dan li ġej:
(a)
l-adozzjoni tal-istandard Ewropew għall-Bonds Ekoloġiċi u s-sehem mis-suq tiegħu, kemm fl-Unjoni kif ukoll fuq livell globali, b’mod partikolari mill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju;
(b)
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, fuq in-nuqqas tal-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), u fuq ir-ridirezzjonar tal-flussi tal-kapital privat lejn investimenti sostenibbli;
(c)
il-funzjonament, u s-superviżjoni mill-ESMA, tas-suq għar-rieżaminaturi esterni;
(d)
l-adegwatezza, u l-impatt fuq ir-rieżaminaturi esterni u fuq il-baġit tal-ESMA, tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 66(3);
(e)
il-kredibbiltà, u kwalunkwe każ ta’ abbuż, tal-pretensjonijiet ambjentali fis-suq tal-bonds ekoloġiċi;
(f)
il-funzjonament tas-suq tal-bonds marbuta mas-sostenibbiltà, inklużi l-kredibbiltà u l-kwalità tal-pretensjonijiet rilevanti;
(g)
il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti l-kriterji ta’ pajjiż terz għad-determinazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tat-tassonomija, dment li jkun hemm salvagwardji speċifiċi fis-seħħ sabiex jiġu żgurati objettivi ekwivalenti, għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni tal-allokazzjoni tal-użu tar-rikavati ta’ Bond Ekoloġiku Ewropew f’konformità ma’ tali kriterji ta’ pajjiż terz;
(h)
l-impatt prattiku tal-Artikolu 5 fuq l-użu tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej, il-kwalità ambjentali tal-użu tar-rikavat tagħhom, u r-raġunijiet għaliex il-flessibbiltà prevista f’dak l-Artikolu ma tipprevjenix it-tranżizzjoni lejn il-finanzjament ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli;
(i)
l-implimentazzjoni tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-użu tal-mudelli msemmija f’dak it-Titolu mill-emittenti ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà, kemm jekk dawn il-bonds jiġu kkummerċjalizzati fiż-Żona Ekonomika Ewropea kif ukoll jekk le, analiżi tal-adozzjoni ta’ dawk il-mudelli, l-evoluzzjoni tas-suq u l-konsistenza ta’ dawk il-mudelli mad-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2019/2088. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|