+Artikolu 2 1

Artikolu 2 1

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li joperaw fl-Unjoni.

Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jitqiesu li qed joperaw fl-Unjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għall-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti fl-Unjoni:

(i)

meta joħorġu u jippubblikaw il-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom fuq is-sit web tagħhom jew permezz ta’ mezzi oħra; jew

(ii)

meta joħorġu u jiddistribwixxu l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom permezz ta’ sottoskrizzjoni jew relazzjonijiet kuntrattwali oħra lil impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni, lil impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE, lil impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/109/KE, jew lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jew lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri;

(b)

għall-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni, meta joħorġu u jiddistribwixxu l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom permezz ta’ sottoskrizzjoni jew relazzjonijiet kuntrattwali oħra lil impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni, lil impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE, lil impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/109/KE jew lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jew lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.