+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1
|
1. Dan ir-Regolament japplika għall-klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li joperaw fl-Unjoni.
Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jitqiesu li qed joperaw fl-Unjoni fil-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
għall-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti fl-Unjoni:
|
(i)
|
meta joħorġu u jippubblikaw il-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom fuq is-sit web tagħhom jew permezz ta’ mezzi oħra; jew
|
|
(ii)
|
meta joħorġu u jiddistribwixxu l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom permezz ta’ sottoskrizzjoni jew relazzjonijiet kuntrattwali oħra lil impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni, lil impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE, lil impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/109/KE, jew lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jew lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri;
|
|
|
(b)
|
għall-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni, meta joħorġu u jiddistribwixxu l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom permezz ta’ sottoskrizzjoni jew relazzjonijiet kuntrattwali oħra lil impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni, lil impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE, lil impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/109/KE jew lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jew lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri.
|
|
|
Artikolu 2 2
|
2. Dan ir-Regolament ma japplika għall-ebda waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
klassifikazzjonijiet ESG privati li ma humiex maħsuba għad-divulgazzjoni pubblika jew għad-distribuzzjoni;
|
|
(b)
|
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni li jintużaw esklużivament għal skopijiet interni jew għall-forniment ta’ servizzi jew prodotti finanzjarji interni jew intragrupp;
|
|
(c)
|
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni li:
|
(i)
|
ikunu inkorporati fi prodott jew servizz, meta tali prodotti jew servizzi jkunu diġà regolati skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), ir-Regolament (UE) 2019/2088, id-Direttivi 2013/36/UE (18), 2014/65/UE, 2009/138/KE (19), 2009/65/KE (20), 2011/61/UE (21) u (UE) 2016/2341 (22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillu r-Regolamenti (UE) 2020/1503 (23), (UE) 2023/1114 (24) u (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; u
|
|
(ii)
|
jiġu ddivulgati lil parti terza.
|
Fis-sitwazzjonijiet koperti bl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, meta impriża finanzjarja regolata fl-Unjoni tiddivulga klassifikazzjoni ESG lil partijiet terzi bħala parti mill-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha, hija għandha tinkludi fuq is-sit web tagħha l-istess informazzjoni bħal dik meħtieġa mill-punt 1 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament u għandha tiddivulga f’dawk il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni link għal dawk id-divulgazzjonijiet tas-sit web, ħlief meta tkun soġġetta għall-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2019/2088.
L-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-atti leġiżlattivi settorjali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt għandhom jimmonitorjaw il-konformità mill-impriżi finanzjarji regolati fl-Unjoni mar-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, f’konformità mas-setgħat mogħtija b’dawk il-atti leġiżlattivi settorjali;
|
|
(d)
|
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni li mhumiex awtorizzati jew rikonoxxuti skont it-Titolu II u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(i)
|
il-klassifikazzjoni ESG tiġi distribwita fuq l-inizjattiva esklużiva proprja tal-utent tal-klassifikazzjoni ESG stabbilita fl-Unjoni mingħajr ebda kuntatt, solleċitazzjoni, promozzjoni, reklamar jew kwalunkwe inizjattiva oħra minn qabel mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew minn kwalunkwe parti terza f’isem il-fornitur; klassifikazzjoni ESG distribwita fl-Unjoni minn fornitur stabbilit barra mill-Unjoni li s-sehem mis-suq tiegħu fl-Unjoni għall-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tiegħu jsir sostanzjali jew li jkollu sit web f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, li tkun lingwa li mhijiex abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, ma għandhiex titqies bħala distribwita fuq l-inizjattiva esklużiva proprja tal-utent tal-klassifikazzjoni ESG.
L-inizjattiva esklużiva propja ta’ utent tal-klassifikazzjoni ESG kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt ma għandhiex tintitola lil fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jiddistribwixxi klassifikazzjonijiet ESG lil dak l-utent b’mod rikorrenti u lanqas ma għandha tintitolah jiddistribwixxi klassifikazzjonijiet ESG lil xi utent tal-klassifikazzjonijiet ESG ieħor fl-Unjoni;
|
|
(ii)
|
ma jkun hemm l-ebda sostitut għall-klassifikazzjonijiet offruti minn kwalunkwe fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat skont dan ir-Regolament;
|
|
|
(e)
|
il-pubblikazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ data dwar id-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, u l-fatturi ta’ governanza;
|
|
(f)
|
klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, u kwalunkwe punteġġi jew valutazzjonijiet relatati mal-ESG li jiġu prodotti jew ippubblikati bħala parti mill-metodoloġiji għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew bħala input jew output tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja;
|
|
(g)
|
prodotti jew servizzi li jinkorporaw element ta’ klassifikazzjoni ESG, inkluża r-riċerka dwar l-investiment kif stabbilit fid-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
(h)
|
rieżamijiet esterni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej, kif previst fir-Regolament (UE) 2023/2631;
|
|
(i)
|
rieżamijiet esterni jew opinjonijiet ta’ tieni parti dwar bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli, bonds marbuta mas-sostenibbiltà, u bonds, self u tipi oħra ta’ strumenti ta’ dejn ikkumerċjalizzati bħala sostenibbli, sal-punt li tali rieżamijiet esterni u opinjonijiet ta’ tieni parti ma jkunx fihom klassifikazzjonijiet ESG maħruġa mir-rieżaminatur estern jew mill-fornitur tal-opinjoni ta’ tieni parti;
|
|
(j)
|
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri meta tali klassifikazzjonijiet ma jiġux ippubblikati jew distribwiti għal finijiet kummerċjali;
|
|
(k)
|
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn fornitur awtorizzat ta’ klassifikazzjonijiet ESG meta tali klassifikazzjonijiet jiġu ppublikati jew distribwiti minn parti terza;
|
|
(l)
|
klassifikazzjonijiet ESG maħruġa minn membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali meta tali klassifikazzjonijiet ma jiġux ippubblikati jew distribwiti għal skopijiet kummerċjali;
|
|
(m)
|
divulgazzjonijiet obbligatorji skont l-Artikoli 6, 8, 9, 10, 11 u 13 tar-Regolament (UE) 2019/2088;
|
|
(n)
|
divulgazzjonijiet skont l-Artikoli 5, 6 u 8 tar-Regolament (UE) 2020/852;
|
|
(o)
|
klassifikazzjonijiet ESG żviluppati esklużivament għall-proċessi ta’ akkreditazzjoni jew ċertifikazzjoni, li ma jkollhomx fil-mira analiżi ta’ investimenti, analiżi finanzjarja, teħid ta’ deċiżjonijiet dwar investimenti jew teħid ta’ deċiżjonijiet finanzjarji;
|
|
(p)
|
attivitajiet ta’ tikkettar dment li t-tikketti mogħtija lill-entitajiet, lill-istrumenti finanzjarji jew lill-prodotti finanzjarji rilevanti ma jinvolvux id-divulgazzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG;
|
|
(q)
|
klassifikazzjonijiet ESG ippubblikati jew distribwiti minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ għal finijiet mhux kummerċjali.
|
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (q), meta l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jimponu tariffi fuq l-elementi kklassifikati jew l-emittenti tal-elementi kklassifikati biex jirrapportaw data jew biex jassenjawlhom klassifikazzjoni permezz tal-pjattaforma tagħhom, jew meta jimponu tariffi fuq l-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG biex jaċċessaw kwalunkwe informazzjoni dwar il-klassifikazzjonijiet ESG, dawn għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 2 3
|
3. L-ESMA, l-Awtorità Superviżorja Ewropea, (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) (magħrufin kollettivament bħala “Awtoritajiet Superviżorji Ewropej” jew “ESAs”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), it-tieni subparagrafu, filwaqt li jqisu d-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi bejniethom, u l-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni diġà ppubblikata f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|