+Artikolu 5 Reġim temporanju għall-fornituri żgħar ta’ klassifikazzjonijiet ESG
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4

Artikolu 5 Reġim temporanju għall-fornituri żgħar ta’ klassifikazzjonijiet ESG

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   B’deroga mill-Artikolu 4, fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG kkategorizzat bħala impriża żgħira jew bħala grupp żgħir skont it-tifsira fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, jew l-Artikolu 3(5), l-ewwel subparagrafu, rispettivament, tad-Direttiva 2013/34/UE (il-“fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG żgħir”) li huwa stabbilit fl-Unjoni u jixtieq jopera fl-Unjoni, għandu jkun soġġett biss għall-Artikolu 15(1), (5) u (7), l-Artikoli 23 u 24 u l-Artikoli 32 sa 37 ta’ dan ir-Regolament, dment li:

(a)

jinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tiegħu li jopera fl-Unjoni; u

(b)

ikun ġie rreġistrat mill-ESMA qabel ma jibda jopera fl-Unjoni.

Artikolu 5 2

2.   Fi żmien 90 jum tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk tirreġistrax lin-notifikant bħala fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG żgħir. L-ESMA għandha tinforma lin-notifikant bid-deċiżjoni tagħha fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol b’dan.

Artikolu 5 3

3.   Meta fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jibqax ikkategorizzat bħala fornitur ta’ klassifikazzjoni ESG żgħir, jew tliet snin wara r-reġistrazzjoni tiegħu f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, skont liema minn dawn il-possibbiltajiet isseħħ l-ewwel, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jsir soġġett għad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament u għandu fi żmien sitt xhur japplika għal awtorizzazzjoni biex jopera fl-Unjoni skont il-Kapitolu 1 ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 5 4

4.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw f’dan ir-Regolament billi japplikaw mal-ESMA għall-awtorizazzjoni skont l-Artikolu 6. Meta l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jagħżlu li jagħmlu dan, dan ir-Regolament għandu jsir applikabbli għalihom fl-intier tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.