1. B’deroga mill-Artikolu 4, fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG kkategorizzat bħala impriża żgħira jew bħala grupp żgħir skont it-tifsira fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, jew l-Artikolu 3(5), l-ewwel subparagrafu, rispettivament, tad-Direttiva 2013/34/UE (il-“fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG żgħir”) li huwa stabbilit fl-Unjoni u jixtieq jopera fl-Unjoni, għandu jkun soġġett biss għall-Artikolu 15(1), (5) u (7), l-Artikoli 23 u 24 u l-Artikoli 32 sa 37 ta’ dan ir-Regolament, dment li:
|
(a)
|
jinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tiegħu li jopera fl-Unjoni; u
|
|
(b)
|
ikun ġie rreġistrat mill-ESMA qabel ma jibda jopera fl-Unjoni.
|