+Artikolu 7 Eżami mill-ESMA tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex topera fl-Unjoni bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6

Artikolu 7 Eżami mill-ESMA tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex topera fl-Unjoni bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Fi żmien 25 jum tax-xogħol minn meta tirċievi applikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 6(2), l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta. Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi data tal-għeluq sa meta l-applikant għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa.

Artikolu 7 2

2.   Ladarba tevalwa li applikazzjoni hija kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant b’dan.

Artikolu 7 3

3.   Fi żmien 90 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tadotta deċiżjoni motivata bis-sħiħ, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni li jopera bħala fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG fl-Unjoni.

Artikolu 7 4

4.   L-ESMA tista’ testendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal 120 jum tax-xogħol, b’mod partikolari meta l-applikant:

(a)

jipprevedi l-approvazzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG kif imsemmi fl-Artikolu 11;

(b)

jipprevedi l-użu ta’ esternalizzazzjoni; jew

(c)

jitlob eżenzjoni mill-konformità skont l-Artikolu 22.

Artikolu 7 5

5.   Id-deċiżjoni adottata mill-ESMA skont il-paragrafu 3 għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 7 6

6.   Jekk l-applikant ma jipprovdix kwalunkwe informazzjoni nieqsa mitluba sal-iskadenza tad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tirrifjuta l-applikazzjoni.

Jekk l-ebda deċiżjoni ma tiġi adottata mill-ESMA fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 3 jew 4, l-applikazzjoni għandha titqies li ġiet irrifjutata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.