+Artikolu 14 1

Artikolu 14 1

1.   L-ESMA għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzati skont l-Artikolu 8 jew irreġistrati taħt ir-reġim temporanju għal fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG żgħar skont l-Artikolu 5(1);

(b)

l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti bara l-Unjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 u tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG;

(c)

l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li japprovaw u tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra l-Unjoni approvati msemmija fl-Artikolu 11 u, fejn applikabbli, tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-superviżjoni tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG approvati;

(d)

l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra l-Unjoni li ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 12, ir-rappreżentanti legali stabbiliti fl-Unjoni ta’ dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u, fejn applikabbli, tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.