+Artikolu 14 Reġistru tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u aċċessibbiltà tal-informazzjoni fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6
---+Artikolu 14 7
---+Artikolu 14 8
---+Artikolu 14 9
|
Artikolu 14 Reġistru tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u aċċessibbiltà tal-informazzjoni fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. L-ESMA għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzati skont l-Artikolu 8 jew irreġistrati taħt ir-reġim temporanju għal fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG żgħar skont l-Artikolu 5(1);
|
|
(b)
|
l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti bara l-Unjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 u tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
(c)
|
l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li japprovaw u tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra l-Unjoni approvati msemmija fl-Artikolu 11 u, fejn applikabbli, tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-superviżjoni tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG approvati;
|
|
(d)
|
l-identitajiet tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra l-Unjoni li ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 12, ir-rappreżentanti legali stabbiliti fl-Unjoni ta’ dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG u, fejn applikabbli, tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
|
|
|
Artikolu 14 2
|
2. Ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-ESMA u għandu jiġi aġġornat mingħajr dewmien, kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 14 3
|
3. Mill-1 ta’ Jannar 2028, meta jagħmel pubblika kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir msemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għal fini ta’ aċċessibbiltà fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859.
|
|
Artikolu 14 4
|
4. Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jista’ jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
|
|
(b)
|
tkun akkumpanjata bil-metadata li ġejja:
|
(i)
|
isem kummerċjali sħiħ u, jekk applikabbli, l-isem użat għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-abbrevjazzjoni tal-isem tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG li għalih dik l-informazzjoni tirrelata;
|
|
(ii)
|
fejn hu applikabbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
|
|
(iii)
|
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
|
|
(iv)
|
id-daqs tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
|
|
(v)
|
indikazzjoni ta’ jekk l-informazzjoni fihiex data personali.
|
|
|
|
Artikolu 14 5
|
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-punt (b)(ii), il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jikseb identifikatur ta’ entità ġuridika.
|
|
Artikolu 14 6
|
6. Sabiex l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.
|
|
Artikolu 14 7
|
7. Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 11(3), l-Artikolu 35(6) u l-Artikolu 38(1) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak l-iskop, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.
Dik l-informazzjoni għandha:
|
(a)
|
titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
|
|
(b)
|
tkun akkumpanjata bil-metadata li ġejja:
|
(i)
|
l-ismijiet kollha tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG li l-informazzjoni tirrelata għalih;
|
|
(ii)
|
fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
|
|
(iii)
|
it-tip ta’ informazzjoni kif ikklassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
|
|
(iv)
|
indikazzjoni ta’jekk l-informazzjoni fihiex data personali.
|
|
|
|
Artikolu 14 8
|
8. Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 3, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:
|
(a)
|
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
|
|
(b)
|
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni;
|
|
(c)
|
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
|
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 14 9
|
9. Meta meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida għall-entitajiet biex jiżguraw li l-metadata sottomessa f’konformità fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tkun korretta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|