2. B’deroga mill-paragrafu 1, fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jista’ jipprovdi l-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d) jew (f), dment li jistabbilixxi, barra l-miżuri msemmija fl-Artikoli 25 u 26, miżuri speċifiċi:
|
(a)
|
biex jiġi żgurat li kull attività tiġi eżerċitata b’mod awtonomu;
|
|
(b)
|
biex jiġi evitat il-ħolqien ta’ riskji potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tagħha;
|
|
(c)
|
biex jiġi żgurat li l-impjegati tiegħu li huma involuti direttament fil-proċess tal-valutazzjoni ta’ element ikklassifikat ma jipprovdux l-ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d) jew (f).
|
Fl-implimentazzjoni ta’ tali miżuri, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jqis ukoll l-attivitajiet tal-grupp li jappartjeni għalih, jekk applikabbli.